5.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 171/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fl-14 ta' April 2008 — Siebrand BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-150/08)
(2008/C 171/27)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Siebrand BV
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1) |
Xarba li tinkludi ċertu ammont ta' alkoħol distillat iżda li, fir-rigward tal-bqija, tikkorrispondi għad-definizzjoni mogħtija mill-intestatura 2206 tan-nomenklatura magħquda tista' tiġi kklassifikata taħt din l-intestatura jekk ix-xarba ffermentata in kwistjoni, minħabba ż-żieda ta' ilma u ta' ċerti ingredjenti, tilfet it-togħma, ir-riħa u/jew id-dehra ta' xarba magħmula minn frotta jew prodott naturali speċifika/u? |
2) |
Fil-każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda, liema kriterju għandu jintuża sabiex jiġi ddeterminat jekk ix-xarba għandha, madankollu, tiġi kklassifikata taħt l-intestatura 2208 tan-nomenklatura magħquda minħabba l-fatt li tinkludi alkoħol distillat? |