27.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 247/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzenat (L-Awstrija) fl-20 ta' Ġunju 2008 — SPÖ Landesorganisation Kärnten vs Finanzamt Klagenfurt
(Kawża C-267/08)
(2008/C 247/06)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzenat
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SPÖ Landesorganisation Kärnten
Konvenut: Finanzamt Klagenfurt
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju, 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1) (iktar 'il quddiem is-“Sitt Direttiva”) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“pubbliċità esterna”, minn organizzazzjoni reġjonali ta' partit politiku li għandha personalità ġuridika, fil-forma ta' relazzjonijiet pubbliċi, attività ta' informazzjoni, organizzazzjoni ta' manifestazzjonijiet tal-partit, provvista ta' materjal pubbliċitarju lill-organizzazzjonijiet distrettwali kif ukoll l-organizzazzjoni ta' ballu annwali (ballu tas-SPÖ) għandha titqies li hija attività ekonomika, jekk b'dan il-mod ikun hemm dħul ġej (parzjalment) billi l-ispejjeż għall-“pubbliċità esterna” jiġu addebitati lill-organizzazzjonijiet subordinati tal-partit, li jkollhom personalità ġuridika wkoll(organizzazzjonijiet distrettwali, etc.) kif ukoll mill-bejgħ tal-biljetti għall-parteċipazzjoni fil-ballu? |
2) |
Fl-evalwazzjoni ta' “attività ekonomika” skond l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva, ikollu konsegwenzi negattivi l-fatt li l-attivitajiet imsemmija fid-domanda (1) “ikunu riflessi” fuq l-organizzazzjoni reġjonali u f'dan is-sens ikunu utli anki għaliha? Hija fin natura ta' l-affarijiet li, fil-kuntest ta' dawn l-attivitajiet, anki l-partit stess bħala tali kif ukoll l-għanijiet tiegħu u l-orientazzjoni politika jiġu kostantement pubbliċizzati, anki jekk mhux b'mod ċentrali, bħala konsegwenza sekondarja inevitabbli? |
3) |
Din tibqa' “attività ekonomika”, fis-sens iċċitat iktar 'il fuq, meta l-ispejjeż għall-“pubblicità esterna” jaqbżu b'mod permanenti u b'mod kunsiderevoli d-dħul miksub minn attivitajiet bħal dawn li jiġu mill-addebitu ta' l-ispejjeż u mill-organizzazzjoni tal-ballu? |
4) |
Hemm “attività ekonomika” anki meta l-addebitu ta' l-ispejjeż ma jsirx skond kriterji ekonomiċi immedjatament individwabbli (per eżempju, il-prinċipju ta' l-imputazzjoni ta' l-ispejjeż lil min jikkawżhom jew jibbenefika minnhom) u l-organizzazzjonijiet subordinati essenzjalment jitħallew jiddeċiedu jekk u b'liema mod jipparteċipaw fl-ispejjez ta' l-organizzazzjoni reġjonali? |
5) |
Hemm “attività economika” anki meta l-addebitu tas-servizzi pubbliċitari lill-organizzazzjonijiet subordinati jseħħ fil-forma ta' kontribuzzjoni, li l-ammont tiegħu jiddependi, minn naħa, minn numru tal-membri ta' l-organizzazzjonijiet subordinati in kwistjoni, u min-naħa l-oħra minn numru tad-deputati eletti minnhom? |
6) |
Fil-kuntest tal-kwistjoni dwar jekk hemmx attività ekonomika, is-sussidji mill- fondi pubbliċi li ma jaqgħux taħt id-dħul taxxabbli [bħal per eżempju l-finanzjamenti tal-partiti skond il-Kärntner Parteienförderungsgesetz (Liġi fuq l-iffinanzjar tal-partiti tal-Karinzja)] għandhom jitqiesu f'ċertu sens li huma vantaġġi ekonomiċi? |
7) |
Fil-każ li l-hekk imsejħa “pubbliċità esterna”, meqjusa fiha nnfisha, tkun attività ekonomika fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva, iċ-ċirkustanza li l-attività ta' relazzjonijiet pubbliċi u r-reklamar elettorali huma karatteristika ċentrali ta' l-attività tal-partiti politiċi u huma kundizzjoni sine qua non għall-implementazzjoni ta' għanijiet politiċi u programmi tipprekludi attività bħal din milli tiġi kklasifikata bħala “attività ekonomika”? |
8) |
L-attivitajiet ipprovduti mir-rikorrenti, iddefiniti bħala “pubbliċità esterna”, huma tat-tip li jitqabblu ma' l-attività mwettqa minn uffiċċji kummerċjali pubbliċitarji fis-sens ta' l-Anness D (Numru 10) tas-Sitt Direttiva jew il-kontenut tagħhom jikkorrispondi magħhom? Fil-każ fejn din id-domanda tingħata risposta fl-affermattiv, fid-dawl ta' l-istruttura tad-dħul u ta' l-infiq fil-perijodu li jirrigwarda l-kawża preżenti, il-firxa ta' l-attività mwettqa tista' tiġi kklassifikata bħala “mhux insinjifikanti”? |
(1) ĠU L 145, p. 1.