21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sächsisches Finanzgericht (il-Ġermanja) fil-5 ta' Novembru 2008 — Ingenieurbüro Eulitz GbR Thomas und Marion Eulitz vs Finanzamt Dresden I

(Kawża C-473/08)

(2009/C 44/43)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sächsisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ingenieurbüro Eulitz GbR Thomas und Marion Eulitz

Konvenuta: Finanzamt Dresden I

Domandi preliminari

1)

Is-servizzi mogħtija, bħala għalliem u eżaminatur, minn inġinier iggradwat f'istitut edukattiv stabbilit bħala assoċjazzjoni rregolata mid-dritt privat, fi ħdan korsijiet li jintemmu b'eżami u li l-parteċipanti fihom diġà jkollhom, għall-inqas, kwalifiki ta' perit jew inġinier miksubin minn stabbiliment universitarju jew stabbiliment ekwivalenti, jikkostitwixxu “edukazzjoni ta' l-iskola jew ta' l-università” fis-sens tal-Artikolu 13A(1)(j) tad-Direttiva 77/388/KEE (1)?

2)

Persuna li tissodisfa r-rekwiżiti biex tkun għalliema li tgħallem “privatament” fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata fil-punt 1 hija eskluża minn din il-kategorija meta

titħallas (totalment jew parzjalment) għall-korsijiet tagħha anki jekk ebda parteċipant ma jkun irreġistra għall-kors ikkonċernat, iżda tkun diġà għamlet xi xogħol preparatorju, jew

tkun responsabbli biex, ripetutament u kontinwament, għal perijodu twil, tagħti s-servizzi inkwistjoni bħala għalliema u eżaminatriċi, jew

minbarra x-xogħol tagħha ta' tagħlim veru u proprju, tkun kisbet pożizzjoni importanti, fuq livell professjonali u/jew organizzattiv, meta mqabbla mal-għalliema l-oħra tal-kors inkwistjoni?

Għandu jiġi kkunsidrat li teżisti tali esklużjoni meta jkun sodisfatt wieħed biss minn dawn il-kriterji, jew biss meta jkunu sodisfatti tnejn minnhom jew it-tlieta li huma?


(1)  ĠU L 145, p. 1.


  翻译: