15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/37 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 — Cerafogli vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża F-96/08) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Żieda supplimentari tas-salarju - Promozzjoni ad personam - Konsultazzjoni mal-kumitat tal-persunal sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji għall-għoti taż-żidiet supplimentari tas-salarju)
2011/C 13/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. Malfrère u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li r-rikorrenti ma tingħatax il-benefiċċju ta’ promozzjoni ad personam u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta’ somma biex jiġi kkumpensat id-dannu morali subit mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Bank Ċentrali Ewropew irrifjuta li jagħti lil M. C. Cerafogli żieda supplimentari tas-salarju għas-sena 2008 hija annullata. |
(2) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 3 000. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż kollha. |
(1) ĠU C 44, 21.02.2009, p. 75.