20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/40 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tad-29 ta’ April 2009 — Enercon vs UASI (E-Ship)
(Kawża T-81/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali E-Ship - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”)
2009/C 141/83
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Böhm u V. Henke, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appel tal-UASI tal-4 ta’ Diċembru 2007 (Każ R 319/2007-1) rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal E-Ship bħala trade mark Komunitarja
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Enercon GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |