29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/36 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-8 ta’ Lulju 2009 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska)
(Kawża T-226/08) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Alaska - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)
2009/C 205/65
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Schlarmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ April 2008 (Każ R 1124/2004-4) fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH u Schwarzbräu GmbH.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
3) |
Schwarzbräu GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |