3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2010 — Abadía Retuerta vs UASI (CUVÉE PALOMAR)

(Kawża T-237/08) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CUVÉE PALOMAR - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade marks tal-inbid li jinkludu indikazzjonijiet ġeografiċi - Ftehim TRIPs - Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

(2010/C 179/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abadía Retuerta, SA (Sardón de Duero, Spanja) (rappreżentanti: X. Fàbrega Sabaté u M-l. Curell Aguilà, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ April 2008 (Każ R 1185/2007-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CUVÉE PALOMAR bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Abadía Retuerta, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008.


  翻译: