24.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-426/08) (1)
(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Frott u ħxejjex - Zokkor - Ipproċessar taċ-ċitru - Ħalib - Raba’ li jinħarat - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni)
2012/C 366/52
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), sa fejn hija teskludi l-finanzjament Komunitarju fl-ammont ta’ EUR 174 704 912,66 ta’ infiq magħmul mir-Repubblika Taljana.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |