23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/37 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — 4care vs UASI — Laboratorios Diafarm (Acumed)
(Kawża T-575/08) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Acumed - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AQUAMED ACTIVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
(2010/C 288/70)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: 4care AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Redeker u M. Diesbach, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Diafarm, SA (Barberà del Vallès, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Ottubru 2008 fil-Każ R 1636/2007-2, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Diafarm, SA u 4care AG.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
4care AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |