14.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 109/11 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2012 — Grasso vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-319/08) (1)
(Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Irkupru ta’ tonn - Iffissar ta’ TAC għall-2008 - Att ta’ portata ġenerali - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)
2012/C 109/24
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Salvatore Grasso (Catania, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, A. De Matteis u A. De Francesco, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |