12.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 92/30 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2008 — Laboratórios Wellcome de Portugal Lda vs L-UASI — Serono Genetics Institute (FAMOXIN)
(Kawża T-26/08)
(2008/C 92/62)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Wellcome de Portugal Lda (Algés, il-Portugall) (rappreżentant: R. Gilbey, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Serono Genetics Institute SA (Evry, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI ta' l-20 ta' Novembru 2007 (Kawża R 10/2007-1) u tiddikjara fondata t-talba għal annullament imressqa mill-appellanti; |
— |
tannulla kull ordni għall-ħlas ta' l-ispejjeż magħmul kontra l-appellanti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern u tikkundanna lil dan ta' l-aħħar għall-ispejjeż ta' l-appellanti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal annullament: It-trade mark “FAMOXIN” għal prodotti u servizzi tal-klassi 5 — Trade mark Komunitarja Nru 2 491 298
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Serono Genetics Institute SA
Parti li qed titlob l-annullament tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob l-annullament: It-trade mark nazzjonali “LANOXIN” għal prodotti tal-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' annullament
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 8(1)(b), 52 u 56(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li l-Bord ta' l-Appell qies li t-trade mark preċedenti kienet użata għal “preparazzjonijiet farmaċewtiċi bid-digoxin għall-mard kardjovaskolari” u mhux “preparazzjonijiet farmaċewtiċi bid-digoxin” u peress li evalwa b'mod żbaljat il-pubbliku rilevanti, il-livell ta' attenzjoni tal-partijiet differenti tal-pubbliku rilevanti u x-xebh tat-trade marks u l-prodotti in kwistjoni.