11.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 260/16 |
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Awwissu 2008 — REWE-Zentral AG vs UASI — Grupo Corporativo Teype (Solfrutta)
(Kawża T-331/08)
(2008/C 260/30)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Kolonja, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Grupo Corporativo Teype, SL (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta' Mejju 2008 fil-każ R 1679/2007-2; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Solfrutta” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja “FRUTISOL” bir-reġistrazzjoni Nru 1 687 722 għal prodotti fil-klassi 32; trade mark verbali Spanjola “FRUTISOL” bir-reġistrazzjoni Nru 2 018 327 għal prodotti fil-klassi 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: laqgħet l-oppożizzjoni parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell żbalja meta ma ħax in kunsiderazzjoni l-allegat karattru distintiv dgħajjef tat-trade marks preċedenti. Bl-istess mod, meta evalwa biss ix-xebh ta' elementi singoli tat-trade marks ikkonċernati, il-Bord ta' l-Appell ma ħax biżżejjed in kunsiderazzjoni li l-iktar aspett rilevanti fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni hija l-impressjoni globali mogħtija mit-trade marks ikkonċernati.