6.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 313/46 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2008 — Grain Millers vs UASI — Grain Millers (GRAIN MILLERS)
(Kawża T-430/08)
(2008/C 313/83)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grain Millers, Inc. (Eden Prairie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grain Millers GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 478/2007-2; u |
— |
tikkundanna lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “GRAIN MILLERS” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31- applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 365 0256
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: l-“isem kummerċjali”“GRAIN MILLERS” u l-verżjoni figurattiva tiegħu
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell stma iktar milli mistħoqq il-valur tal-provi ppreżentati mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell sabiex tiġġustifika l-preċedenza tad-drittijiet tagħha fuq it-trade mark iċċitata iktar 'il fuq