24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/34 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Novembru 2008 — Psytech International vs UASI — Institute for Personality & Ability Testing (16PF)
(Kawża T-507/08)
(2009/C 19/64)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Psytech International Ltd (Pulloxhill, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: N. Phillips, Solicitor u N. Saunders, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Institute for Personality & Ability Testing, Inc. (Champaign, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tat-23 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1012/2007-2 u tagħmel mill-ġdid it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità lill-UASI sabiex tkun tista' tipproċedi, u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali “16PF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 41 u 42 — Trade mark Komunitarja rreġistrata bin-Nru 1 892 652
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(ċ), 7(1)(d) u 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell: (i) kien imissu kkonstata abbażi tal-evidenza quddiemu li t-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità ma kellhiex karattru distintiv; (ii) naqas milli jagħmel l-eżami ġuridiku korrett u naqas milli jevalwa sewwa l-evidenza quddiemu; u (iii) kien imissu kkonstata abbażi tal-evidenza quddiemu li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità saret in mala fede.