7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/35 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — iPublish Ganske interactive Publishing vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' apparat ta' navigazzjoni)
(Kawża T-555/08)
(2009/C 55/63)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: iPublish Ganske interactive Publishing GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Ottubru 2008, fil-Każ R 709/2008-4, u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta apparat ta' navigazzjoni bil-kuluri iswed u blu, ikkaratterizzata b'mod partikolari permezz ta' faxxa laterali blu, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39 u 42 (Applikazzjoni Nru 6 092 639).
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).