21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/64 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2008 — Monoscoop vs UASI (SUDOKU SAMURAI BINGO)
(Kawża T-564/08)
(2009/C 44/108)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Monoscoop BV (Alkmaar, l-Olanda) (rappreżentant: A. Canela Giménez, abogado)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) tat-30 ta' Settembru 2008, fil-Każ R 816/2008-2, u |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “SUDOKU SAMURAI BINGO” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.769.013) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.