25.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 186/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-305/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Inċentivi fiskali favur impriżi li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż - Rkupru)
2011/C 186/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, D. Del Gaizo u P. Gentili, avvocati dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jieħu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/919/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2004: Inċentivi fiskali favur impriżi li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż [innotifikata bid-dokument numru C(2004) 4746], (ĠU L 335, p. 39).
Dispożittiv
(1) |
Billi ma ħaditx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji, l-għajnuna kollha mogħtija skont l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/919/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2004, dwar inċentivi fiskali favur impriżi li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni. |
(2) |
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż. |