11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-515/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/21/KE - Immaniġġar tal-iskart mill-industriji ta’ estrazzjoni - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 246/23
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u K. Saaremäel-Stoilov, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: L. Uibo, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, p. 15)
Dispożittiv
1) |
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE, ir-Repubblika tal-Estonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |