28.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 234/19 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Frosch Touristik GmbH, DSR touristik GmbH
(Kawża C-332/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark Komunitarja verbali FLUGBÖRSE - Procedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità)
2010/C 234/28
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)
Appellati: Frosch Touristik GmbH (rappreżentant: H. Lauf, avukat), DSR touristik GmbH
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2009, Frosch Touristik vs UASI — DSR touristik (FLUGBÖRSE) (T-189/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Marzu 2007, li tiċħad l-appell ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali “FLUGBÖRSE” fir-rigward tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li tiddikjara l-invalidità parzjali ta’ din it-trade mark — Determinazzjoni tad-data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta ta’ invalidità fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż. |