21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/29


Appell ippreżentat fid-29 ta' Jannar 2009 mir-Repubblika Ellenika mis-sentenza mogħtija fid-19 ta' Novembru 2008 mill-Qorti tal-Prim' Istanza (It-Tmien Awla) fil-Kawża T-404/05 Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża C-43/09 P)

(2009/C 69/53)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: Kharalampos Meidanis u M. Tassopoulou)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellanti

tilqa' dan l-appell u tiddikjarah fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Novembru 2008 fil-Kawża T-404/05 Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni, li hija s-suġġett ta' dan l-appell kollu kemm hu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Novembru 2008, li hija s-suġġett ta' dan l-appell, il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ċaħdet kompletament ir-rikors.

Insostenn tal-appell mill-imsemmija sentenza, ir-Repubblika Ellenika invokat tliet motivi.

Skont l-ewwel motiv, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza interpretat u applikat b'mod żbaljat id-dritt Komunitarju f'dak li jirrigwardja l-kwistjoni ta' kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni sabiex timponi l-korrezzjoni finanzjarja inkwistjoni u li s-sentenza tagħha tinkludi motivazzjoni inkoerenti.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li jgħid li hija interpretat u applikat b'mod żbaljat id-dritt Komunitarju fir-rigward tal-ksur tal-prinċipju ta' non-retroattività rigward l-osservanza tal-miżuri ta' pubbliċità u li s-sentenza tagħha tinkludi, f'dan ir-rigward, motivazzjoni inkoerenti.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-prinċipju ta' proporzjonalità tad-dritt Komunitarju ma ġiex osservat.


  翻译: