12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Vassil Ivanov Georgiev vs Tehnicheski universitet Sofia, filial Plovdiv

(Kawża C-250/09)

2009/C 220/45

Lingwa tal-kawża: Il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Plovdiski Raïonen Sed (il-Bulgarija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vassil Ivanov Georgiev.

Konvenuta: Tehnicheski universitet Sofia, filial Plovdiv.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li ma tawtorizzax il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal perijodu indefinit minn professuri li jkunu għalqu l-65 sena? F’dan ir-rigward, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(6) tal-Liġi dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, tipprovdi limiti ta’ età għal ċerti karigi, hija miżura ġġustifikata b’mod oġġettiv u raġonevoli minn għan leġittimu u hija proporzjonata, meta jitqies li d-direttiva hija kompletament trasposta fil-leġiżlazzjoni Bulgara?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju ta’ professuri li jkunu għalqu t-68 sena? Fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, u meta titqies l-inkompatibbiltà li teżisti bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78/KE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li biha ġiet trasposta d-direttiva, huwa possibbli li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju twassal sabiex il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tiġix applikata?


(1)  ĠU L 303, 02.12.2000, p. 16.


  翻译: