13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-11 ta' Novembru 2009 — Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Nowym Sączu vs Stanisława Tomaszewska
(Kawża C-440/09)
2010/C 37/03
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Najwyższy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Zakład Ubezpieczeń Społecznych Oddział w Nowym Sączu.
Konvenuta: Stanisława Tomaszewska.
Domanda preliminari
L-Artikolu 45(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU 1971, L 149, p. 2), flimkien mal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU 1972, L 74, p. 1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru għandha — meta tikkonstata li ħaddiem naqas milli jissodisfa l-kundizzjoni li huwa għandu jkollu perijodu ta’ assigurazzjoni kkompletat f’dak l-Istat Membru suffiċjenti sabiex ikun intitolat għal pensjoni tal-irtirar — tinkludi perijodu ta’ assigurazzjoni kkompletat fi Stat Membru ieħor b’tali mod li hija għandha tikkalkola mill-ġdid il-perijodu ta’ assigurazzjoni li fuqu jiddependi l-akkwist tad-dritt għall-pensjoni, billi tapplika r-regoli li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali u titratta l-perijodu kkompletat fl-Istat Membru l-ieħor bħala perijodu kkompletat f’dan l-Istat, jew żżid il-perijodu kkompletat fl-Istat Membru l-ieħor mal-perijodu nazzjonali kkalkolat qabel fuq il-bażi tar-regoli inkwistjoni?