12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Gruppo Lepetit (RESVEROL)
(Kawża T-363/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2011/C 46/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Gruppo Lepetit SpA (Lainate, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1204/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gruppo Lepetit SpA u Longevity Health Products, Inc.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |