20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/43 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-24 ta’ April 2009 — Nycomed Danmark vs EMEA
(Kawża T-52/09 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Aġent ta’ immaġni ta’ echocardiographic ultrasound għall-finijiet ta’ dijanjosi (perflubutane) - Rifjut tal-EMEA sabiex tagħti deroga mill-obbligu li jiġi sottomess pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika - Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)
2009/C 141/91
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nycomed Danmark ApS (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek u H. Speyart van Woerden, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)
Suġġett
Talba intiża, minn naħa waħda, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-EMEA tat-28 ta’ Novembru 2008 li ċaħdet it-talba għal deroga speċifika fir-rigward tal-perflubutane u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |