24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/18 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-367/09) (1)
(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà manifesta - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 282/33
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Prete u A. Bordes, aġenti)
Suġġett
Rikors intiż, min-naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt. |
(2) |
Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |