18.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 167/14 |
Appell ippreżentat fl-24 ta’ April 2009 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej mis-sentenza mogħtija fis-17 ta’ Frar 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/08, Liotti vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/09 P)
2009/C 167/29
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Eggers u K. Herrmann, aġenti)
Appellat: Amerigo Liotti (Senningerberg, il-Lussemburgu)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-17 ta’ Frar 2009 fil-Kawża F-38/08 Liotti vs Il-Kummissjoni; |
— |
tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll għall-ispejjeż tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan l-appell, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) tas-17 ta’ Frar 2009 mogħtija fil-Kawża Liotti vs Il-Kummissjoni, F-38/08, li biha it-TSP annulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera (RŻK) ta’ A. Liotti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2006.
Insostenn tal-appell tagħha, l-Kummissjoni ssostni tliet aggravji bbażati fuq:
— |
ksur tad-dritt Komunitarju, sa fejn l-Artikolu 8(7) tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (DĠI) ma jipprevedix obbligu li assessur jew direttur ġenerali jeżamina l-applikazzjoni tar-regloli ta’ evalwazzjoni f’kull abbozz ta’ RŻK għal grad speċifiku; |
— |
irregolaritajiet proċedurali quddiem it-TSP li jippreġudikaw l-interessi tal-Kummissjoni, sa fejn it-TSP, peress li matul is-seduta, qajjem ex officio, rekwiżiti ta’ konsultazzjoni u ta’ koerenza previsti fl-Artikolu 8(7) tad-DĠI, aġixxa bi vjolazzjoni tad-dritt tad-difiża tal-Kummissjoni peress li ċaħdilha l-possibbilità li tipprovdi provi fattwali sabiex tistabbilixxi li ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 8(7) tad-DĠI meta sar ir-RŻK ikkontestat; |
— |
żball ta’ liġi, sa fejn it-TSP ikkunsidra n-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tad-DĠI bħala ksur ta’ forom proċedurali sostanzjali u/jew irregolarità sostanzjali li jwassal għall-annullament tar-RŻK ikkontestat quddiem it-TSP. |