9.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 204/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2011 — Union Investment Privatfonds GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Unicre-Cartão International De Crédito SA
(Kawża C-308/10 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 74(2) - Provi li ma ġewx prodotti insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti għal dan il-għan - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell)
2011/C 204/20
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Union Investment Privatfonds GmbH (rappreżentant: J. Zindel, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent); Unicre-Cartão International De Crédito SA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ April 2010 — Union Investment Privatfonds vs UASI — Unicre-Cartão International De Crédito, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali figurattivi UniFLEXIO, UniVARIO u UniZERO, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35 u 36, kontra d-deċiżjoni tat Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2006, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-oppożizzjoni tal-appellanti mressqa kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva unibanco, għal prodotti fil-klassijiet 36 u 38 — Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 74(2) tar Regolament (KE) Nru 40/94 — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell fir-rigward tal-provi li ma jkunux prodotti insostenn tal-oppożizzjoni fit-terminu mogħti għal dan il-għan.
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Union Investment Privatfonds GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |