20.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fid-29 ta’ Lulju 2010 — Jan Voogsgeerd vs Navimer SA
(Kawża C-384/10)
()
2010/C 317/26
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jan Voogsgeerd
Konvenuta: Navimer SA
Domandi preliminari
(1) |
Il-pajjiż fejn jinsab il-post tan-negozju li impjega lill-ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 6(2)(b) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (1), għandu jitqies li huwa l-pajjiż fejn jinsab il-post tan-negozju ta’ min iħaddem li, skont il-kuntratt tal-impjieg, impjega lill-ħaddiem, jew inkella bħala l-pajjiż fejn jinsab il-post tan-negozju ta’ min iħaddem, li huwa marbut miegħu l-ħaddiem minħabba l-impjieg attwali tiegħu, minkejja li abitwalment tali ħaddiem ma jwettaqx xogħlu f’pajjiż wieħed? |
(2) |
Il-post fejn il-ħaddiem li abitwalment ma jwettaqx xogħlu fl-istess pajjiż għandu jirrapporta u fejn jirċievi istruzzjonijiet amministrattivi kif ukoll istruzzjonijiet relatati mat-twettiq ta’ xogħlu, għandu jiġi kkunsidrat bħala l-post tal-impjieg attwali tiegħu fis-sens tal-ewwel domanda? |
(3) |
Il-post tan-negozju ta’ min iħaddem li huwa marbut miegħu il-ħaddiem minħabba l-impjieg attwali tiegħu fis-sens tal-ewwel domanda għandu jissodisfa ċerti rekwiżiti formali, bħal pereżempju l-pussess tal-personalità ġuridika, jew huwa biżżejjed li dan ikun de facto post tan-negozju? |
(4) |
Il-post ta’ negozju ta’ kumpannija oħra, li hija marbuta miegħu l-kumpannija li tħaddem, jista’ jservi bħala post tan-negozju fis-sens tat-tielet domanda, anki jekk l-awtorità ta’ min iħaddem ma ġietx ittrasferita lil din il-kumpannija l-oħra? |