5.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/3 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2010 minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-300/07: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-560/10 P)
2011/C 72/04
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (DĠ ENTR) li tirrifjuta l-offerta tal-appellanti fil-Lott 1, magħmula b’risposta għas-sejħa għal offerti ENTR/05/078 — L-EWROPA TIEGĦEK Lott 1 (Xogħol ta’ Editjar u ta’ Traduzzjoni) għall-“Ġestjoni u Manutenzjoni tal-Portal L-Ewropa Tiegħek” (ĠU 2006/S 143-153057), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor; |
— |
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-kwistjonijiet li fadal fiż-żewġ Lottijiet, inkluża t-talba għad-danni, li għadha ma ġietx eżaminata mill-Qorti Ġenerali; |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali u l-ispejjeż l-oħra tal-appellanti inklużi dawk sostnui fir-rigward tal-proċedura inizjali, anki jekk dan l-appell jiġi miċħud, kif ukoll dawk sostnuti f’dan l-appell, f’każ li jiġi milqugħ. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssosnti li fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali wettet żball ta’ liġi u interpretat ħażin l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-Artikolu 149 tar-Regoli għall-Implementazzjoni billi aċċettat li, peress li l-offerta tal-appellanti ma laħqitx il-limitu ta’ 70 %, il-Kummissjoni kellha raġun ma tikkomunikax lill-appellanti l-vantaġġi relattivi tal-offerent li ntgħażel. Barra minn hekk, l-appellanti ssosnti li s-sentenza ma hijiex immotivata biżżejjed peress li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx bir-reqqa u individwalment il-motiv dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej
ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74