12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/28


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Marzu 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Illegalità - Ittra dwar l-ispejjeż ta’ kawża mibgħuta lill-avukat li kien irrappreżenta lir-rikorrent f’din il-kawża - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

(2012/C 138/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jinkiseb kumpens minħabba l-fatt li l-konvenuta kienet bagħtet ittra li tirrigwarda lir-rikorrent lil avukat li ma għadux jirrappreżentah.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż kollha.

(3)

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lill-Qorti Ġenerali s-somma ta’ EUR 2 000.


(1)  ĠU C 161, 19.06.2010, p. 57,


  翻译: