6.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/42 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2011 — Schuerewegen vs Il-Parlament
(Kawża F-125/10) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Miżura ta’ tkeċċija mill-post tax-xogħol - Revoka tal-pass tax-xogħol - Revoka tad-drittijiet ta’ aċċess għan-netwerk informatiku - Ilment amministrattiv preliminari - Trażmissjoni elettronika - Għarfien effettiv mill-amministrazzjoni - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)
(2011/C 232/77)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: D. Schuerewegen (Marienthal, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u E. Despotopoulou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li permezz tagħha r-rikorrent tkeċċa mill-post tax-xogħol tiegħu u li permezz tagħha l-pass tax-xogħol tiegħu ġie revokat kif ukoll il-miżuri meħuda sussegwentement għal din id-deċiżjoni u t-talba għal danni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
(2) |
D. Schuerewegen għandu jbati l-ispejjeż kollha. |