3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/60 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2010 –Wilk vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-32/10)
(2010/C 179/106)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christian Wilk (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Adam, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjonijiet li jordnaw l-irkupru ta’ nofs l-allowance ta’ installazzjoni mħallsa lir-rikorrent, wara d-divorzju tiegħu kif ukoll it-talba għal danni.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Awwissu 2009 u tat-8 ta’ Settembru 2009 li jordnaw l-irkupru tal-allegat ħlas żejjed; |
— |
jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2010 li tikkonferma l-fondatezza ta’ dan l-irkupru; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tas-somma rkuprata bl-interessi legali dekorribbli mill-irkupru sal-ħlas; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għad-danni talli ppreġudikat b’mod serju d-dehra pubblika u r-reputazzjoni tar-rikorrent; |
— |
sussidjarjament, jirriżerva għar-rikorrent id-dritt li jitlob danni addizzjonali għad-dannu li sofra; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |