15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/41


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-97/10)

()

2011/C 13/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba sabiex jinżammu l-effetti tal-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni kkontestati sal-addozzjoni ta’ regolament li jissostitwixxi, b’effett retroattiv, ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009, u sabiex jingħata rimedju għad-dannu finanzjarju u morali subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

iżżomm l-effetti tal-istqarrijiet tar-remunerazzjonijiet ikkontestati sal-addozzjoni ta’ regolament li jissostitwixxi, b’effett retroattiv, ir-Regolament Nru 1296/2009;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrimedja d-dannu finanzjarju subit mir-rikorrent permezz tal-ħlas ta’ somma li l-ammont tagħha tkun ekwivalenti għat-telf ta’ remunerazzjoni li jirriżulta mill-applikazzjoni manifestament illegali tar-Regolament Nru 1296/2009, ma liema ammont għandu jiżdied ir-rimbors tal-parti tas-sisa speċjali applikata kull xahar sa minn Jannar 2010 skont l-Artikolu 66a tar-Regolamenti tal-Persunal u li r-rata tagħha ġiet iffissata b’mod żbaljat fid-dawl ta’ dan ir-regolament; dan l-ammont huwa evalwat, bla ħsara għall-interpretazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għal bejn EUR 40 000 u EUR 50 000, minbarra l-interessi minħabba dewmien li barra minn hekk qed jintalbu mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tirrimedja d-dannu morali subit mir-rikorrent permezz tal-ħlas ta’ EUR 1 simbolika;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


  翻译: