25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — SIMS — École de ski internationale vs UASI — SNMSF (esf école du ski français)

(Kawża T-41/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva esf école du ski français - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Emblema ta’ Stat - Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Trademark tali li tqarraq lill-pubbliku - Artikolu 7(1)(g) tar-Regoplament Nru 207/2009)

2011/C 186/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syndicat international des moniteurs de ski — École de ski internationale (SIMS — École de ski internationale) (Albertville, Franza) (rappreżentant: L. Raison-Rebufat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: iniżjalment A. Folliard-Monguiral sussegwentement A. Folliard-Monguiral u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Syndicat national des moniteurs du ski français (SNMSF) (Meylan, Franza) (rappreżentant: J.-P. Stouls, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ R 235/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn is-Syndicat international des moniteurs de ski — École de ski internationale (SIMS — École de ski internationale) u s-Syndicat national des moniteurs du ski français (SNMSF).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Is-Syndicat international des moniteurs de ski — École de ski internationale (SIMS — École de ski internationale), huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI).

(3)

Is-Syndicat national des moniteurs du ski français għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010


  翻译: