16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Orange vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-258/10) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Sentenza Altmark - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Falliment tas-suq - Kumpens żejjed)
2013/C 336/35
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. van der Woude u D. Gillet, sussegwentement D. Gillet u H. Viaene, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti); Dipartiment tal-Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J.-D. Bloch u G. O’Mahony, avukati); u Sequalum SAS (Puteaux, Franza) (rappreżentant: L. Feldman, avukat)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, (għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza).
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Orange għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(3) |
Id-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, Sequalum SAS u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess. |