7.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 6/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Novembru 2011 — ClientEarth et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-120/10) (1)
(Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Rifjut ta’ adattament fit-talbiet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 6/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); European Federation for Transport and Environment (T&E) (Brussell, il-Belġju); European Environmental Bureau (EEB) (Brussell); BirdLife International (Brussell) (rappreżentanti: S. Hockman, QC, u P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u C. ten Dam, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010, li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-ħolqien ta’ mudelli ta’ bijokarburanti.
Dispożittiv
(1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ ClientEarth, tal-European Federation for Transport and Environment (T&E), tal-European Environmental Bureau (EEB) u ta’ BirdLife International. |