2.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/30 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 – Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-426/10 u T-575/10 u Kawża T-440/12) (1)
(“Rikors għal annullament - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, taqsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali mingħajr impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà manifesta parzjali”)
(2015/C 073/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-426/10 u T-575/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco u, fil-Kawża T-440/12, inizzjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, kif ukoll, fil-Kawża T-440/12, C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti, fil-Kawżi T-426/10 u T-440/12 minn L. Ortiz Blanco, avukat)
Suġġett
Talbiet għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra COMP/G2/DVE/nvz/79465 tad-Direttur Ġenerali tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.
Dispożittiv
1) |
Fil-Kawża T-426/10, it-talbiet intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Fil-Kawża T-575/10, ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
3) |
Il-bqija tal-motivi u tat-talbiet huma rriżervati. |
4) |
Moreda-Riviere Trefilerías, SA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-motivi u mat-talbiet intiżi kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing) ippreżentati fil-Kawża T-426/10 kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kawża T-575/10. |