17.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/25


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2010 — Monster Cable Products vs UASI — Live Nation (Music) UK Ltd (MONSTER ROCK)

(Kawża T-216/10)

2010/C 195/39

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Cable Products, Inc. (Brisbane, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: O. Günzel u W. von der Osten-Sacken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Live Nation (Music) UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Frar 2010 fil-Każ R 216/2009-1, sa fejn l-appell ġie miċħud;

tiċħad l-Oppożizzjoni Nru B 754335 kontra l-applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 3333804 “MONSTER ROCK” fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “MONSTER ROCK”, għal prodotti fil-klassi 9

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 1313176 fir-Renju Unit tat-trade mark verbali “MONSTERS OF ROCK”, għal prodotti fil-klassi 16; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 1313177 fir-Renju Unit tat-trade mark verbali “MONSTERS OF ROCK”, għal prodotti fil-klassi 25; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 1313178 fir-Renju Unit tat-trade mark verbali “MONSTERS OF ROCK”, għal prodotti fil-klassi 26; Reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 2299141 fir-Renju Unit tat-trade mark verbali “MONSTERS OF ROCK”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 25, 41 u 43; trade mark “MONSTERS OF ROCK”, magħrufa sew (fis-sens tal-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi) fl-ewwel 15-il Stat Membru; trade mark mhux reġistrata “MONSTERS OF ROCK”, użata fil-kummerċ fl-ewwel 15-il Stat Membru; isem kummerċjali “MONSTERS OF ROCK”, użat fil-kummerċ fl-ewwel 15-il Stat Membru

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha u applikazzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) evalwa ħażin l-identiċità jew ix-xebh tal-prodotti, (ii) ma ħax inkunsiderazzjoni d-differenzi bejn it-trade marks, b’mod partikolari d-differenzi kunċettwali tagħhom, u (iii) naqas milli jiddetermina l-ambitu ta’ protezzjoni tas-sinjal preċedenti.


  翻译: