5.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/11 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Frar 2012 — Yorma’s AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG
(Kawża C-191/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja li għandha l-element verbali “yorma’s” - Trade mark Komunitarja preċedenti NORMA - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni)
2012/C 133/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanta: Yorma’s AG (rappreżentant: A. Weiß, avukat)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent), Norma Lebensmittelfilialbetrieb GmbH & Co. KG (rappreżentant: A. Parr, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011, Yorma’s vs UASI-Norma Lebensmittelfilialbetrieb (YORMA’S) (T 213/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2009, li tiċħad ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jinkludi l-element verbali “yorma’s” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti servizzi li jaqgħu taħt il-klassijiet 35 u 42, billi laqgħet l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarja preċedenti “NORMA” — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn żewġ trade marks — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh tat-trade marks u tas-servizzi inkwistjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Yorma’s AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |