18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/18 |
Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2011 minn Dimos Peramatos kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2011 fil-Kawża T-312/07, Dimos Peramatos vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-647/11 P)
2012/C 49/30
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellant: Dimos Peramatos (rappreżentant: G. Gerapetritis, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, sa fejn tiċħad ir-rikors li bih l-appellant ried jikseb il-waqfien ta’ kull obbligu impost fuqu li jirrimborsa l-ammonti mħallsa fil-kuntest tal-programm LIFE97/ENV/GR/000380 jew, sussidjarjament, tirriforma l-att ikkontestat sabiex jiġi obbligat iħallas EUR 93 795,32, li jikkorrispondi għad-determinazzjoni kontabbli tal-ispejjeż mhux eliġibbli, kif il-Kummissjoni rrikonoxxiet; |
— |
tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, għal eżami mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellant u b’mod partikolari l-ispejjeż tal-avukati. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant jinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tiegħu:
(1) |
Interpretazzjoni żbaljata tal-ftehim dwar is-sussidju milħuq bejn Dimos Peramatos u l-Kummissjoni Ewropea fis-17 ta’ Lulju 1997 taħt in-Numru C(97)/1997/finali/29, fil-kuntest tal-implementazzjoni ta’ azzjoni li taqa’ taħt il-programm LIFE, u fil-kuntest regolamentari tiegħu (Regolament Nru 1973/1992), sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-obbligu impost b’dan il-ftehim fuq il-muniċipalità biex jinżergħu siġar ma kienx ġie sodisfatt b’mod sodisfaċenti. |
(2) |
Interpretazzjoni żbaljata u ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ ċertezza legali minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata fuq il-punt li jikkonċerna l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ atti amministrattivi li jikkawżaw preġudizzju li ġew adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |