10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fl-4 ta’ Lulju 2011 — Generali Investments Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH, f’isem AMB Generali Aktien Euroland vs Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

(Kawża C-347/11)

2011/C 269/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Generali Investments Deutschland Kapitalanlagegesellschaft mbH, f’isem AMB Generali Aktien Euroland

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

Domandi preliminari

(1)

Is-sitwazzjoni tal-azzjonisti għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, flimkien ma’ dik tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)?

(2)

F’tali sitwazzjoni, liema huma l-kundizzjonijiet li fihom it-taxxa f’ras il-għajn tista’ titqies li hija konformi mal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital?


  翻译: