7.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/30 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2011 — Mariën vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-5/11)
2011/C 139/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Peter Mariën (Elsene, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Theeuwes u F. Pons, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Afganistan li ordnat lill-membri ta’ din id-delegazzjoni sabiex jitilqu mil-lukanda tagħhom u jmorru joqogħdu fil-bini residenzjali tal-UE.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni inkluża fl-email tal-11 ta’ Jannar 2011 tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE u Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Afganistan li tordna lir-rikkorrent sabiex fl-14 ta’ Jannar 2011 imur joqgħod fil-bini residenzjali f’Kabul, l-Afganistan; |
— |
jordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha marbuta mal-miżuri ta’ residenza temporanja; |
— |
jordna lill-Kummissjoni tħallas kumpens ta’ EUR 10 000 lir-rikorrent għall-istress psikoloġiku u dannu kkawżat; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |