28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/68


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-104/11)

(2012/C 25/130)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: P. Homoki, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/26/05 u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla dwar ir-riżultati tal-kompetizzjoni “EPSO/AD/56/06 — Amministraturi ta’ grad AD 5 ta’ ċittadinanza Ungeriża” u kumpens għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-EPSO, tal-5 ta’ Jannar 2011, dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni fir-rigward tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-EPSO, tal-14 ta’ Lulju 2011, dwar ir-riżultati tal-kompetizzjoni “EPSO/AD/56/06 — Amministraturi ta’ grad AD 5 ta’ ċittadinanza Ungeriża”;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa b’mod ekwu l-iżvantaġġ li rriżulta, fir-rigward tar-rikkorent, mill-att annullat permezz tal-għoti ta’ kumpens pekunjarju;

sussidjarjament, tordna lill-konvenuta tistabbilixxi djalogu mar-rikorrent bil-għan li jintlaħaq ftehim li joffrilu kumpens ekwu

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


  翻译: