14.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – InnoLux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji ta’ skrins li jitwaħħlu magħmula minn kristalli likwidi (LCD) - Ftehim u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezz u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni - Kompetenza territorjali - Bejgħ intern - Bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodotti suġġetti għal kartell - Ksur uniku u kontinwu - Multi - Metodu ta’ arrotondament - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

2014/C 112/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. (Zhunan, it-Tajwan) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, u R. Burton, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, F. Ronkes Agerbeek u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), u tat-tnaqqas tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp., fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), huwa ffissat għal EUR 288 000 000

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

InnoLux hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011.


  翻译: