8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2014 — Progust vs UASI — Sopralex & Vosmarques (IMPERIA)

(Kawża T-216/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva IMPERIA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPERIAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Natura distintiva tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2014/C 71/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Progust, SL (Gerona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. E. López Camba, J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sopralex & Vosmarques SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u V. Fossoul, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1036/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sopralex & Vosmarques SA u Progust, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Progust, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 2.7.2011.


  翻译: