9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il-Kunsill

(Kawża T-643/11) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina - Eżami mill-ġdid - Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nruo1225/2009 - Drittijiet tad-difiża - Żball ta’ fatt - żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 046/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina); u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG (Roding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Neuhaus, H. J. Freund u B. Ecker, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch u A. Polcyn, sussegwentement minn A. Polcyn u D. Geradin, avukati)

Parti konvenuta in sostenn tal-partijiet konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland, M. França u A. Stobiecka Kuik, aġenti)

Suġġett

Annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1008/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu mibgħutin mit-Tajlandja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 268, p. 1) safejn dan jinċidi fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd u Crown Gabelstapler GmbH & Co. KG għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż proprji tagħhom, erba’ minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill għandu jbati wieħed minn ħamsa tal-ispejjeż proprji tiegħu.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 49, 18.2.2012.


  翻译: