9.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/16 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2011 — Formica vs UASI — Silicalia (CompacTop)
(Kawża T-82/11)
2011/C 113/32
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Formica, SA (Galdakao, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Silicalia, SL (Valencia, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata n-nuqqas ta’ konformità tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2010, fil-Każ R 1083/2010-1 mar-Regolament KE Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja; |
— |
taċċetta l-inklużjoni fir-reġistru tat-trade mark Komunitarja Nru 6 524 243 CompacTop, imħallta, għall-klassi 20 u, |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti insostenn tiegħu. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “CompacTop” għall-prodotti fil-klassi 20.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Silicalia, SL.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade marks figurattivi Komunitarja u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “COMPACquartz”, “COMPACMARMOL&QUARTZ” u “COMPAC MARMOL&QUARTZ” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 27, 35, 37 u 39.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) sa fejn ma hemmx xebh u lanqas probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkontestati.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)