28.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 25/56 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2011 — Inaporc vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-575/11)
(2012/C 25/108)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Interprofession nationale porcine (Inaporc) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H. Calvet, Y. Trifounovitch u C. Rexha, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011, għajnuna mill-Istat NN 10/2010 — Franza — Taxxa ddestinata għall-finanzjament ta’ kumitat interprofessjonali nazzjonali dwar il-ħnieżer, C(2011) 4376 finali, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea peress li hija tikklassifika bħala (i) għajnuna mill-Istat l-azzjonijiet imwettqa mill-INAPORC bejn is-sena 2004 u s-sena 2008 fil-qasam ta’ assistenza teknika, ta’ għajnuna għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità, ta’ riċerka u ta’ żvilupp kif ukoll ta’ reklamar u (ii) il-kontribuzzjonijiet volontarji obbligatorji li jservu sabiex jiffinanzjaw dawn l-azzjonijiet ta’ riżorsi tal-Istat li jagħmlu parti sħiħa mill-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat iċċitati iktar ’il fuq. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka, prinċipalment, żewġ motivi.
(1) |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-forom sostanzjali, sa fejn il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija insuffiċjenti fir-rigward tal-Artikolu 296 TFUE peress li hija ma tippermettix lir-rikorrenti li tifhem ir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni sabiex tikkunsidra li l-kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat huma sodisfatti f’dan il-każ. |
(2) |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kienet:
|