24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ April 2014 – FLSmidth & Co. A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-238/12 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja - Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja - Proporzjonalità - Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni))

2014/C 194/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FLSmidth & Co. A/S (rappreżentant: M. Dittmer, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Gray, Barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012, FLSmidth vs Il-Kummissjoni (T-65/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/F/38.354 – Basktijiet industrijali), li tikkonċerna akkordju bbażat fuq l-iffissar tal-prezzijiet u tal-kwoti tal-bejgħ skont iż-żona ġeografika, it-tqassim tal-ordnijiet tal-klijenti l-kbar, l-organizzazzjoni tas-sottomissjonijiet miftehma għal ċerti sejħiet għal offerti u l-implementazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ skambju ta’ informazzjoni fuq il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-basktijiet industrijali tal-plastik, u naqset il-multa imposta fuq ir-rikorrenti – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

FLSmidth & Co. A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 06.10.2012.


  翻译: