12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-427/12) (1)
([Rikors għal annullament - Għażla tal-bażi legali - Artikoli 290 TFUE u 291 TFUE - Att iddelegat u att ta’ implementazzjoni - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Artikolu 80(1) - Prodotti bijoċidali - Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi - Stabbilimenti tad-drittijiet mill-Kummissjoni])
2014/C 142/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, C. Zadra u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u A. Troupiotis, aġenti); Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u I. Šulce, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u D. Hadroušek, aġenti); Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Thorning, aġenti); Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u N. Rouam, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u M. Noort, aġenti); Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. J. Leppo, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell u M. Holt, aġenti, assistiti minn de B. Kennelly, barrister)
Suġġett
Rikors għal annullament – Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1), sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi l-adozzjoni ta’ miżuri li jistabbilixxu d-drittijiet pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi permezz ta’ att ta’ implementazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u mhux permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 290 TFUE – Għażla tal-bażi legali – Attribuzzjoni tas-setgħat leġiżlattivi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jattribwixxi lill-Kummissjoni
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
3) |
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja, kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |